Mara ta' 70 sena tittella mill-baħar bla ħajja f'San Tumas

Mara titlef ħajjitha waqt li kienet qed tgħum fil-Bajja ta' San Tumas

Mara ta’ 70 sena residenti Ħaż Żabbar, sfortunatament tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tgħum fil-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala.

Kienu għall-ħabta tal-10:30 a.m x’ħin il-Pulizija ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza minħabba li persuna kienet tinstab f’diffikultà fil-baħar. Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-mara x’aktarx sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum.

Hija ttellat mill-baħar minn persuni li kienu qed jgħumu u ingħatat għajnuna medika minn tim mediku tal-Isptar Mater Dei u minn membri tal-Malta Red Cross.

Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. Membri mill-Forzi Armati ta’ Malta permezz tal-ħelikopter u membri mill-Protezzjoni Ċivili assistew fl-operazzjoni. Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Josette Demicoli LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.  

More in Kronaka