Ilbieraħ, għall-ħabta tad-8:40 a.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, Naxxar.
Il-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, raġel li għandu 34 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ, tilef ilkontroll tal-mutur li kien qed isuq, laqat il-bankina u waqa', bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi.
Jidher li l-mutur tat-tip Yamaha MTM850 kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn San Ġiljan meta seħħ l-inċident. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.