Erba' persuni arrestati fuq sejba ta' 3Kg ħaxixa tal-kannabis

Din kienet it-tieni sejba ta' droga f’24 siegħa. Il-bieraħ, hekk kif Libjan ta’ 33 sena  ġie arrestat waqt rejd

Ħidma konġunta bejn erba’ taqsimiet differenti tal-Korp tal-Pulizija wasslet għal suċċess ieħor fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga. F'din il-ħidma ġew arrestati erba' persuni.
 
L-istħarriġ tal-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga dwar il-movimenti ta' persuni suspettati li qed jittraffikaw id-droga kien ilu għaddej għal diversi jiem. Kien fl-aħħar sigħat, li l-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra d-Droga, assistiti mis-Sezzjoni tal-Klieb u millPulizija mid-Distretti tal-Ħamrun u tal-Mosta, wettqu tfittxijiet f'residenzi, f'għelieqi, f'diversi rziezet u anke f'vetturi fil-Ħamrun, ir-Rabat u l-Mosta. Waqt dawn it-tfittxijiet il-Pulizija sabet madwar tliet kilogrammi droga, suspettata  ħaxixa tal-kannabis.
 
B’rabta ma din is-sejba, il-Pulizija arrestaw tliet irġiel residenti r-Rabat u Mosta li għandhom 29 sena, 27 sena u 26 sena u mara ta' 55 sena residenti l-Mosta.
 
Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea qed tmexxi Inkjesta Maġisterjali rigward dan il-każ.

Din kienet it-tieni sejba ta' droga f’24 siegħa. Il-bieraħ, hekk kif Libjan ta’ 33 sena  ġie arrestat waqt rejd li sar mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, f’appartament f’Marsalforn, Għawdex. Il-Libjan tressaq illum fil-Qorti t'Għawdex mill-Ispettur Frank Tabone u wieġeb mhux  ħati tal-akkużi, madankollu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest 
 

More in Kronaka