Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar fil-Birgu

L-anzjan ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza misjuqa minn anzjan ta’ 82 sena residenti l-Kalkara

Anzjan ta’ 79 sena mill-Birgu u residenti l-Fgura, sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar fil-Birgu.

L-inċident seħħ fi Triq San Dwardu l-Birgu għall-ħabta tad-9:30am.

L-anzjan ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza misjuqa minn anzjan ta’ 82 sena residenti l-Kalkara. 

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka