Tliet irġiel arrestati b'disa' kili ta' kannabis

It-tliet irġiel ġew arrestati lbieraħ madwar is-sitta u nofs ta' filgħaxija fil-Bormla

Ilbieraħ filgħaxija ġew arrestati tliet irġiel ta’ nazzjonalita’ Indjana. Huma twaqqfu mill-Pulizija waqt li kienu f’karozzi separati. Tfittxija li saret f’vettura minnhom wasslet għas-sejba ta’ disa’ kili droga kannabis. It-tliet irġiel, li għandhom 30 sena, 33 sena u 35 sena rispettivament, kollha residenti Tas-Sliema, twaqqfu mill-Pulizija għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija, fil-Bormla.

Waqt tfittxija li saret fil-vettura li fiha kien hemm ir-raġel ta’ 35 sena, il-Pulizija sabet tmien boroz li fihom kien hemm disa’ kili droga. Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Ir-raġel ta’ 35 sena, mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest għada u jkun akkużat bil-pussess mhux għall-użu esklussiv tiegħu tad-droga kannabis

More in Kronaka