Żagħżugħ akkużat b'omiċidju jinżamm arrestat

Huwa qed ikun akkużat li qatel żagħżugħ ieħor b'daqqiet ta' mqass f'sidru

Żagħżugħ ta’ 23 sena mis-Somalja tressaq il-Qorti akkużat bl-omiċidju ta’ Eritrean li nstab mejjet b’daqqiet f’sidru nhar il-Ġimgħa li għadda fil-Marsa.

Il-vittma ngħata daqqiet f’sidru bi mqass u tħalla bla ħajja fuq il-bankina.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, fosthom li kien reċidiv.

L-Ispettur James Grech qal lill-Qorti li kien hemm xhieda li raw lill-akkużat jagħti d-daqqiet lill-vittma.

L-Avukat tad-Difiża ma talabx għall-ħelsien mill-arrest u ż-żagħżugħ inżamm arrestat.

More in Kronaka