Mara ta' 49 sena bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

Mara ta' 49 sena minn Raħal Ġdid qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tad-8:45 am, meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Wied, l-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li mara ta’ 49 sena, residenti Raħal Ġdid, li kienet qed issuq mutur għal xi raġuni tilfet il- kontroll u waqgħet.

Il-mara sofriet xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

More in Kronaka