Raġel imut wara li ttella' mill-baħar mitluf minn sensih

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-3:00pm, fil-bajja ta’ Tigné, f’Tas-Sliema

Raġel ta’ 42 sena ttella’ mill-baħar mitluf minn sensih iżda tilef ħajtu ftit wara.

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-3:00pm, fil-bajja ta’ Tigné, f’Tas-Sliema.

Ir-raġel, mill-Eritrea, ittella’ mill-baħar mitluf minn sensih minn xi nies li lemħuh.

Huwa ttieħed Mater Dei biex jingħata l-kura iżda miet ftit tal-ħin wara.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka