Imur jiġri fl-għassa ta' Ħal Luqa ferut b'daqqiet ta' sikkina

Ir-raġel jinsab fil-periklu tal-mewt

Raġel li mar fl-għassa ta’ Ħal Luqa ferut b’daqqiet ta’ arma li taqta’ jinsab fil-periklu tal-mewt.

Kien għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu meta r-raġel, li għandu 52 sena, mar l-għassa jisħaq li kien għadu kemm qala’ daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Jidher li r-raġel kien qiegħed f’Pastizzerija fi Triq id-9 ta’ April, meta xi ħadd tah id-daqqa.

Malli r-raġel mar l-għassa ssejħet ambulanza li ħaditu Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Intant, il-Pulizija qed iżżomm raġel ta’ 44 sena b’rabta ma’ dan il-każ.

Dwar l-istess każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

More in Kronaka