Tnejn fil-periklu tal-mewt wara li karozza daħlet f'arblu tad-dawl

Iż-żewġ persuni fil-periklu tal-mewt kienu passiġġiera f'karozza

Żewġ persuni li kienu passiġġiera f'karozza jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li x-xufier li kienu miegħu tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ġo arblu tad-dawl.

ll-każ seħħ għall-ħabta tat-8am, fi Triq l-Intornjatur f'Birkirkara.

Ambulanza ħadet lill-passiġġiera, raġel ta' 40 sena residenti Birkirkara u ieħor li għadu mhux identifikat.

Jidher li x-xufier ukoll iddaħħal l-isptar iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka