Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn żewġ dgħajjes

Il-każ seħħ ilbieraħ viċin il-Gżejjer ta' San Pawl

Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara ħabta bejn żewġ dħajjes viċin il-Gżejjer ta' San Pawl.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30pm, meta seħħet ħabta bejn dgħajsa misjuqa minn raġel ta' 46 sena residenti Birkirkara u dgħajsa oħra misjuqa minn raġel ta' 58 sena residenti s-Swieqi u li miegħu kellu mara ta' 58 sena mis-Swieqi wkoll.

Ir-raġel u l-mara ta' 58 ttellgħu l-art u ttieħdu Mater Dei.

Il-mara ġarrbet biss ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

More in Kronaka