Sewwieq ta' mutur bi ġrieħi gravi wara aċċident fis-Siġġiewi

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

Raġel ta' 59 sena minn Marsaskola qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fi Triq l-Imqabba, s-Siġġiewi.

L-aċċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 am u mill-ewwel stħarriġ li sar jirriżulta li għal xi raġuni jew oħra ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur  li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li kellu impatt ma’ ħajt.

Minnufih issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka