Mara fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur

L-inċident fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ ftit waranofsinhar meta seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn mara ta’ 52 sena residenti l-Kalkara u karozza misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Afganistan.

Il-mara ġarrbet xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħdet l-Isptar Mater Dei.

Iktar tard hija ġiet ċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

More in Kronaka