Anzjan ta' 84 sena jittajjar f'Birkirkara

L-inċident seħħ fi Triq John Borg

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fi Triq John Borg, f’Birkirkara

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs.

Il-vittma huwa anzjan ta' 84 sena residenti l-Iklin. Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Birkirkara.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka