Erba' persuni arrestati wara rejd f'residenza f'Tas-Sliema

Fir-residenza nstabet droga lesta biex tkun ittraffikata

Erba' persuni, żewġt irġiel u żewġ nisa, ġew arrestati lbieraħ filgħaxija wara ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga.

L-arrest seħħ ġewwa residenza fi Triq Amery, Tas-Sliema, bil-persuni arrestati, kollha Maltin li l-età tagħhom tvarja bejn id-29 u t-53 sena mistennija jkunu akkużati bi traffikar ta’ diversi sustanzi. 

Fir-residenza nstabu diversi qratas bi trab abjad u kannella allegatament droga kokaina u eroina li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati.

Instabu ukoll diversi oġġetti oħra relatati mal- abbuż u t-traffikar tad-droga flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.

More in Kronaka