Il-Pulizija rnexxielha ssolvi diversi każi ta' serq minn appartamenti f'Tas-Sliema, li min ċifri li għandha f'idha u lil ppubblikat il-gazzetta ILLUM jirriżulta li hija t-tieni l-aktar lokalità f'Malta li fiha jinsterqu residenzi privati.
Fi stqarrija, il-Pulizija saħqet li waslet għall-arrest tar-raġel wara investigazzjoni mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali.
Ir-raġel se jkun qed jitressaq il-Qorti taħt arrest aktar tard illum.
Nhar il-Ħadd li għadda, il-gazzetta ILLUM żvelat kif skont ċifri tal-Korp tal-Pulizija, fl-aħħar sena qed jinsterqu medja ta' żewġt idjar kuljum.
It-tieni l-aktar lokalità fejn jinsterqu djar privati hija Tas-Sliema fejn bejn Jannar 2018 u Frar 2019, insterqu 66 dar.