Raġel ta’ 26 sena ntbagħat 6 xhur ħabs wara li ammetta fil-Qorti li seraq rota, pittura u xi dekorazzjonijiet minn residenzi tal-ġirien.
Huwa kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet dwar il-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, ordnat ukoll li raġel jingħata ordni ta’ trattament ta' tliet snin dan bl-għan li jkollu l-għajnuna meħtieġa biex tkun tista' tegħleb il-vizzju tal-abbuż mid-droga.
L-avukat Joe Brinact deher għall-akkużat filwaqt li l-Ispettur Eman Hayman u Mario Xiberras mexxew l-prosekuzzjoni.