It-terrorista tal-ISIS li kien wara l-attakk f’PariÄ¡i lbieraħ, li ħalla pulizija mejjet u lilu stess kien identifikat bħala Karim Cheurfi li għandu l-isem tiegħu tal-gwerra Abu Yousuf il-BelÄ¡jan. Għandu 39 sena u permezz tat-Telegram kien għġamel diversi theddidiet li jrid joqtol aktar pulizija.
Il-qattiel twieled Franza u kien jgħix f'Chelles viÄ‹in PariÄ¡i f’Seine-et-Marne. Fl-2001, 16-il sena ilu kien spara fuq żewÄ¡ pulizija wara li kien inqabad f’karozza misruqa fejn ferihom gravi iżda ma rnexxilux joqtolhom. Sentejn wara kien kundannat għal 20 sena ħabs f’ħabs ta’ sigurtà għolja, iżda nħareÄ¡ qabel iż-żmien b’appell fil-qorti biex b’hekk ingħata l-liberta li jerÄ¡a' joqtol.
Sadattant, il-pulizija għamlet raid id-dar fejn kien joqgħod fejn sabu diversi armi u munizzjon. Karim waqaf bil-karrozza Audi tiegħu u beda jispara fuq karrozza tal-pulizija li taħdem fil-kontroll tat-traffiku. Il-pulizija maqtul kien ix-xufier tal-istess karozza li dak il-ħin kien qed jiekol ‘snack’ meta Ä¡ie maqtul. Sadattant l-ISIS ħarÄ¡u stqarrija li huma respondabbli mill-attakk fuq PariÄ¡i.
F’dan l-attakk f’Champs Elysees kienu feruti żewÄ¡ pulizija oħra u turista filwaqt li fil-viÄ‹inanzi kien qed isir dibattitu politiku tlett ijiem qabel l-elezzjonijiet fi Franza. Il-pulizija bħalissa qed ifittxu suspettat ieħor.