Jibda xogħol tat-toroq ta’ San Pawl u 'l madwar

Is-sindku preżenti biex tara li x-xogħol isir sew

Wara li l-kunsill ingħata l-‘go ahead’ mill-qorti meta kien hemm il-problema li kuntrattur għamel ‘patching’ b’materjal inferjuri, ħarġet offerta u beda x-xogħol fuq numru ta’ toroq. Fejn is-sindku Graziella Galea saħqet li din id-darba uħud mit-toroq se jinqalgħu u jkollhom wiċċ ġdid. Bħalissa beda x-xogħol fuq it-toroq Qalb ta' Gesu', Triq Is-Santwarju u Triq Wigna Court. Fil-granet li gejjin se jitkomplew toroq oħra. Dawn it-toroq se jiswew mijiet ta’ eluf ta ewro. Filwaqt li s-sindku, l-perit Graziella Galea qed tkun preżenti tara li x-xogħol qed isir sewwa..

More in Kronaka