Attakk terroristiku ieħor bi trakk ... din id-darba f'Ġerusalem

Erba mejtin u 15 feruti s'issa ...  b'iġsma mitfugħin mat-triq ... Palestinjan miżmum mill-Pulizija

Erba' uffiċċjali Kadettin Iżraeliti ġew maqtula f'Ġerusalem u aktar minn 12-il persuna jinsabu feruti hekk kif Palestinjan daħal bi trakk fuqhom. Attakk simili għal dak li seħħ f'Berlin fl-aħħar xhiur tal-2016 u t-tieni attakk din is-sena wara dak fl-ajruport Lauderdale ta' Florida. 

Il-mejta li huma tliet nisa u raġel kienu żgħażagħ u kellhom biss ftit aktar minn 20 sena.

Fost il-feruti hemm minnhom li huma fil-periklu tal-mewt. Dan l-attakk seħħ meta grupp ta suldati Iżraeliti kienu qed iżuru xenarju li jagħti fuq Ġerusalem moderna u l-belt antika.

Ix-xena tal-attakk tinsab ukoll ħdejn blokok tal-Konsulat Amerikan. Il-pulizija identifikat lix-xufier bħala Palestinjan minn Jabel Mukaber, li hi parti min-naħa tal-Lvant okkupat minn Iżrael filwaqt li stabbiliet illi t-trakk kien misruq. Ix-xufier safa' maqtul minn suldati oħrakn.

 

More in Kronaka