Iż-żejt jogħla b'madwar 10% bejn il-bieraħ u llum

L-OPEC jiddeċiedu li jnaqqsu l-produzzjoni taż-żejt biex ma jibqax jaqa il-prezz tiegħu

Il-prezz taż-żejt ikompli jogħla wara li lbieraħ ntlaħaq ftehim mill-grupp tal-OPEC biex inaqqsu l-produzzjoni. Il-prezz taż-żejt mhux irfinut illum għola b'1.3% għal $52.51 il-barmil wara li sploda bi 8.8% il-barmil il-bieraħ.

Dawn in-negozjati mill-OPEC raw l-ewwel nuqqas fil-produzzjoni wara 8 snin. Din id-deċiżjoni disinjata biex twaqqaf il-waqgħa tal-prezz taż-żejt u b'hekk il-produzzjoni se tonqos b'1.2 miljun barmil kuljum minn Jannar li ġej.

More in Kronaka