Azzjonijiet Industrijali fit-trasport Pubbliku Għawdxi għada l-Ħadd

Chris Said juri tħassib li dak li kien suċċess f'Għawdex se jisfaxxa fix-xejn

Għada l-Ħadd il-GWU ordnat azzjoni industrijali fil-gżira ta' Għawdex fit-trasport pubbliku. Billi ordnat li membri tagħha biex ma jaħdmux aktar minn 9 sigħat u nofs inkluż il-brejk. U dan skont il-ftehim kollettiv. Dan ġie deċiż wara li l-kumpanija ħarġet ħinijiet tax-xogħol lix-xufiera tagħha f’Għawdex li ma humiex skont il-ftehim kollettiv preżenti. 

Il-kelliem tal-oppożizzjoni għal Għawdex, Chris said kiteb fuq is-sit soċjali tiegħu, facebook fejn wera tħassib li dak li kien suċċess f'Għawdex minn meta bdiet l-Arriva, issa b'kumpanija Spanjola bi 30 miljun ewro sussidju jista jisfaxxa fix-xejn jew imur lura. Said kiteb hekk:M'hemmx dubju li wahda mis-successi tal-Arriva kienet ir-rivoluzzjoni fit-trasport pubbliku f' Ghawdex. Nisperaw li issa bil-kumpanija Spanjonla u bi tletin miljun euro sussidju dan mhux ser jisfaxxa jew imur lura.

More in Kronaka