Il-pulizija tal-Malażja qalet li nstabu 139 sit ta' oqbra madwar 28 kamp ta' trakkifar ta' nies viċin tal-fruntiera mat-Tajlandja. Il-Kap tal-Pulizija qal li f'uħud mill-oqbra, hemm iktar minn kadavru wieħed u xi owbra ilhom li nstabu sa mill-11 ta' Mejju.
Dawn l-oqbra instabu qrib żona tat-Tajlandja fejn hu magħruf li jkun hemm it-traffikar ta' persuni.
Minħabba f'hekk, il-pulizija Tajlandiża bdiet issegwi din ir-rotta minn fejn iddaħħlu diversi immigranti. Din l-operazzjoni ġiegħlet lit-traffikanti jibdlu r-rotta tagħhom u għalhekk, bdew jivvjaġġaw permezz tal-baħar.
Minkejja dan, eluf ta' immigranti tħallew l-art wara li abbandunawhom it-traffikanti u l-ebda pajjiż ma ried jeħodhom.
Dawn it-traffikanti kienu qed jużaw għal snin sħaħ il-ġungli tan-naħa t'isfel tat-Tajlandja u tal-parti ta' fuq tal-Malażja sabiex idaħħlu nies fil-Malażja.
Il-maġġoranza ta' dawn l-immigranti kienu Musulmani li kienu qed jaħarbu mill-persekuzzjoni fil-Myanmar, waqt li oħrajn huma mill-Bangladexx u qed ifittxu xogħol fil-Malażja.