Raġel ta’ 31 sena fil-periklu tal-mewt

Waqa’ minn għoli ta’ madwar sular

Raġel ta’ 31 sena, residenti San Ġwann jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.  L-inċident seħħ illum 19 ta’ Mejju 2015 għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar (1400hrs).

Investigazzjonijiet preliminari juru li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol ġewwa residenza privata fi Triq F.W Ryan, San Pawl tat-Tarġa limiti tan-Naxxar meta għal xi raġuni waqa’ minn fuq bejt ta’ garaxx f’għoli ta’ madwar sular.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Demicoli LL.D ġiet infurmata rigward il-każ u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.

 

More in Kronaka