Raġel Irlandiż ta' 59 senasofra xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qawra, il-Qawra illum għall-ħabta tal-10:15 ta' filgħodu.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li waqt li raġel kien qed isuq vettura tat-tip Toyota Yaris direzzjoni lejn Ta’ Fra Ben kellu impatt ma’ bankina, siġra u r-raġel l-Irlandiż li kien miexi.
Is-sewwieq tal-vettura huwa raġel ta’ 80 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Il-vittma ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. L-Irlandiż ġie ċertifikat li ġarrab grieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.