Baħri jinstab mejjet fil-Port Ħieles

Baħri Filippin instab f'għadira demm tard ilbieraħ filgħaxija

Il-Pulizija fetħet investigazzjoni wara li tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11 ta' filgħaxija instab katavru ta' baħri Filippin abbord bastiment fil-Port Ħieles.

Apparentement, ir-raġel miet kawża ta' diversi daqqiet ta' sikkina. Il-katavru kien abbord vapur irreġistrat Malta bl-isem ta' MT Elbella.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tal-Investigazzjonijiet Kriminali u l-Pulizija tad-Distrett.

Il-bastiment, daħal fil-Port Ħieles aktar kmieni matul il-jum tal-Ħadd.

More in Kronaka