Għawdxi akkużat li ħadem u żamm logħob tan-nar illegalment

Ingħata l-libertà proviżorja

Il-post fil-Fonatana fejn instab il-kontejner
Il-post fil-Fonatana fejn instab il-kontejner

Joseph Muscat ta’ 44 sena mir-Rabat, Għawdex, tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Paul Coppini fejn kien akkużat illi fit-13 ta’ Mejju, 2015, u fix-xhur u s-snin ta’ qabel, illegalment ħadem logħob tan-nar u li ħażen materjal relatat mal-logħob tan-nar b’mod illegali.

Muscat wieġeb li mhux ħati tal-akkużi mressqa kontrih u ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.

Il-Qorti ordnat ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja tan-nar li kellu sakemm jiġi deċiż il-każ.  

More in Kronaka