Sewwieq ta’ mutur kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt ftit tal-ħin ilu, wara li ħabat ma’ ħajt illum, 7 ta’ Mejju, 2015, għall-ħabta tad-0930hrs, fi Triq il-Merħba, kantuniera ma’ Triq is-Sur, il-Fgura.
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li s-sewwieq, li għandu 33 sena, residenti l-Fgura stess, tilef il-kontrol qabel ma’ seħħ l-impatt. Madankollu, x’wassal għal dan għad irid jiġi stabbilit minn investigazzjoni li qed titmexxa mill-Pulizija tad-Distrett.
Is-sewwieq sadattant tqiegħed taħt kura intensiva.