AĠĠORNAT: Ftit tal-ħin ilu il-Maġistrat Francesco De Pasquale ta’ s-sentenza ta’ sena ħabs u €5,000 għall-kaċċatur li spara lejn tajra protetta. Il-Maġistrat ordna li tiġi rrevokata il-liċenzja.
Aktar Kmieni:
Tlett kaċċaturi huma mistennija jitressqu l-Qorti wara l-każ tal-bieraħ li wassal sabiex il-Prim Ministru Joseph Muscat jagħlaq qabel l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Kirsten Mifsud, li hu magħruf aħjar bħala l-Benghazi, għandu 25 sena u hu minn Bormla, tressaq il-qorti wara nofs in-nhar b'rabta mal-każ tal-ispanjulett midrub li spiċċa f'bitħa ta' skola.
Mifsud tressaq quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale.
Il-pulizija kellmet ukoll lil Jospeh Aquilina, Sean Spiteri u Christopher Bonello. Aquilina qal li waqt li kien fi triqtu sejjer għall-kaċċa, hu ltaqa' ma' Mifsud. Huma waqfu jitkellmu u wara tellgħu miegħu fil-karozza. Kien hawn li f'mument minnhom Mifsud ħareġ mill-karozza fejn allegatament spara. Aquilina qal li hu sema' tliet tiri, segwit minn tir ieħor. Meta saqsieh għala spara Kirsten qal li malli ra l-ispanjulett hu għama.
Fuq il-każ, l-għaqda Kaċċaturi San Umbertu saħqet li d-deċiżjoni biex tingħalaq il-kaċċa b’mod prematur minħabba sitt illegalitajiet jibgħat messaġġ ħażin u jservi biss biex jurta l-kaċċaturi li jobdu liġi.