Raġel kritiku wara waqgħa bil-karozza

L-inċident seħh f'Raħal Ġdid f'faċilità ta' kwarantina għall-annimali
 

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li l-karozza li kien qiegħed isuq waqgħet madwar żewġ sulari u nofs f’faċilità ta' kwarantina għall-annimali llum għall-ħabta tal-10.30am fl-inħawi ta’ Kordin, Raħal il-Ġdid.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li x-xufier, li għandu 52 sena u residenti x-Xgħajra, kien qiegħed isuq f’triq maġenb il-barriera qabel ma’ seħħ l-inċident.

Madankollu, x’wassal eżatt għal dan għad irid jiġi stabbilit mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid.

Ir-raġel inħareġ mill-vettura bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

More in Kronaka