Iktar kmieni illum, ir-rappreżentant Malti fil-Qorti tal-Awdituri Ewropej, Louis Galea flimkien ma' passiġġier li kien riekeb miegħu kienu involuti f'inċident fl-Imsida.
Viċin tar-roundabout tal-Università, fejn hemm sit ta' kostruzzjoni, kien hemm krejn li kien qed iżarma krejn ieħor ta' kostruzzjoni. Għal xi raġuni, meta kien qed jiżżarma l-krejn, blokka tal-konkrit waqgħet fuq ħajt li kien madwar is-sit ta' kostruzzjoni, bil-konsegwenza li waqa' 'l barra lejn it-triq.
Fl-istess waqt, kien għaddej Galea bil-karozza tiegħu li għalkemm hu u l-passiġġier li kien miegħu ma sofrew l-ebda ġrieħi għajr xokk, il-karozza kellha xi danni.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar, qrib ir-roundabout tal-Università, fejn Galea qal li jista' jgħodda b'waħda.