Jinsterqu €4,000 f’hold-up f’Tal-Pietá

Impjegat mhedded bi strument li jaqta’ u bil-ponta. Dan huwa s-seba' hold-up din is-sena
 

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li għall-ħabta 6.15 p.m. seħħ hold-up f’ħanut tal-assigurazzjoni fi Triq Ġużé Ellul, f’Tal-Pieta’.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li waqt li fil-ħanut kien hemm ħaddiem, daħal ħalliel mgaħmmad u armat bi strument li jaqta’ u bil-ponta u seraq madwar €4,000.

F’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li ġiet appuntata Inkjesta Maġisterjali.

More in Kronaka