[AĠĠORNATA ] Il-ko-pilota beda l-inżul tal-ajruplan intenzjonalment

Il-ko-pilota ħa kontroll assolut tal-ajruplan, filwaqt li l-pilota ma setax jerġa' jidħol fil-cockpit

Is-sit fejn iġġarraf l-ajruplan fl-Alpi fi Franza (Ritratt: CNN)
Is-sit fejn iġġarraf l-ajruplan fl-Alpi fi Franza (Ritratt: CNN)

Uffiċjali qed jgħidu li l-kopilota tal-ajruplan li ġġarraf fl-Alpi Franċiżi ħa l-kontroll tal-ajruplan kollu hu u intenzjonalment beda jnizzel l-ajruplan. Il-prosekuturi Franċiżi kkwotaw informazzjoni mill-voice recorder tal-cockpit fejn qalu li l-pilota kien għadu kif telaq mill-cockpit u ma setax jerġa' jidħol.

Aktar kmieni

Skont rapport li nħareġ min-New York Times, jidher li ufficjal tal-militar qed jgħid li fir-recordings li nħarġu mill-voice recorder tal-cockpit, jinstema' ċar wieħed mill-piloti qed jipprova jerġa' jidħol fil-cockpit - hekk kif dan kien jinsab imsakkar barra waqt it-tiġrif tal-ajruplan. Il-kumpanija Lufthansa, li taħtha taqa' il-kumpanija Germanwings, qalet li ma tistax tikkonferma dawn ir-rapporti, iżda ħa tinvestiga aktar dwarha.


L-istess sors fil-militar qed jgħid li r-raġuni għala l-pilota ħareġ mill-cockpit mhux magħrufa iżda li fit-tmiem it-titjira kien hemm biss pilota wieħed fil-cockpit.

Intant aktar tard illum il-qraba tal-150 vittma ta' din it-traġedja mistennija jżuru s-sit fejn iġġarraf l-ajruplan - żona li minħabba l-pożizzjoni ġeografika kif ukoll minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp - qed tagħmilha diffiċli biex jiġu rikoverati l-vittmi.

Jittellgħu l-ewwel vittmi

L-ewwel katavri mill-150 vittma tal-airbus tal-germanwings, ittellgħu minn helicopters tard illejla. Għad hemm misteru eżattament x'ġara fit-tmien minuti li dan l-ajruplan qata kull kuntatt. Iżda issa hemm żewġ novitajiet fl-investigazzjoni skont id-direttur ġenerali tal-Enac li qal li dawk kollha abbord l-ajruplan li waqa kellhom bilfors jilbsu l-maskra tal-ossiġnu. It-tieni novita kienet li nsatbet waħda mill-kaxxi s-suwed, l-oħra bid-data ta' abbord l-ajruplan għadha ma nstabitx.

Sadattant il-piloti tal-Germanwings ma jridux itajru ajruplani tal-kumanija meta saru jafu li 24 siegħa qabel dan l-aċċident fatali l-istess ajruplan ma tħallix itir minn Barcelona gġħal Dusseldorf minħabba problemi tekniċi, fejn kellu anke problemi fuq il-'landing gear'.

Konferenza Stampa mill-mexxejja ta' Franza, l-Ġermanja u Spanja

"Franza ħa tkun spalla ma' spalla mal-pajjiżi l-oħra li ġew affettwati." Dan qalu l-President Franċiż Hollande waqt konferenza stampa f'Seyne-les-Alpes,"ħa nagħmlu dak kollu possibbli biex l-katavri kollha jinstabu, jiġu identifikati, u jingħataw lura lill-ħbieb u familjari tagħhom." Hollande ikkonferma wkoll li instabet il-kaxxa tat-tieni black box, imma ma nstabx ir-recorder innifsu - filwaqt li l-black box misjuba diġà qeda Pariġi fejn il-materjal li hemm fuqha qed jiġi analiżżat għal ħjiel ta' x'jista' jkun li wassal għal din it-traġedja.

Intant, il-mexxejja ta' Spanja u l-Ġermanja, Mariano Rajoy u Angela Merkel rispettivament żaru s-sit fejn iġġarraf l-ajruplan tal-linja Germanwings. Il-Kanċilliera Ġermaniża saħqet li "qiegħed isir minn kollox biex nipprovaw nifhmu, anke jekk ħa jieħu ż-żmien. Din hi katastrofi f'reġjun ġeografikament mhux aċċessibbli." Il-mexxej Spanjol irringrazzja lill-volontiera kollha għall-għajnuna tagħħom u qal li l-Franċiżi kienu tassew ġenerużi f'dan iż-żmien diffiċli.

Fl-istess ħin, il-gvern Spanjol iddikjara li n-numru ta' vittmi Spanjoli issa kienu tal-anqas 51 u mhux 49, hekk kif din tal-aħħar kienet figura proviżjonali.

L-ewwel informazzjoni

Tkompli l-operazzjoni ta' tfittxija fin-nofsinhar tal-Alpi Franċiżi wara t-tiġrif tal-ajruplan tal-kumpanija Germanwings li kellu abbord 150 persuna. Uffiċjali saħqu li din l-operazzjoni jaf iddum għaddejja jiem sħaħ - tfittxija li qed issir f'żona remota bejn il-muntanji li jinstabu bejn Digne u Barcolennette.

L-ajruplan tat-tip Airbus A320, titjira 4U 9525 li kienet sejra Dusseldorf għall-Barċellona ġġarraf wara li tilef l-altitudni f'daqqa waħda fi tmien minuti biss. Ħadd mill-passiġġieri ma salva.

Aktar tard it-Tlieta nsabet ukoll waħda mill-black boxes - li eventwalment twassal sabiex jiġi stabbilit x'wassal għat-tiġrif tal-ajruplan. Il-Ministru għall-Affarijiet Interni llum, l-Erbgħa kkonferma li l-din kienet il-voice recorder tal-cockpit, li għalkemm sarulha xi danni fit-tiġrif - xorta taf tagħti xi informazzjoni.

Uffiċċjali qalu li llum qed jaħdmu l-aktar sabiex ifittxu t-tieni black box, jiġifieri l-flight data recorder sabiex ikunu jistgħu jifhmu x'wassal għal din it-traġedja.

 

More in Kronaka