[FILMAT] Militanti tal-IS ikissru statwi antiki 3,000 sena

Ikissru statwi ta' valur arkeoloġiku kbir fl-Iraq

Militanti jkissru l-istatwi
Militanti jkissru l-istatwi

 

L-Istat Islamiku (IS) ħarġu filmat li juru militanti tal-grupp Iżlamista jkissru statwi kbar fl-Iraq. L-istatwi kienu qed jiġu mkissra bi mrietel kbar u drills. Dan seħħ f'mużew f'Mosul, fl-Iraq. Kien hemm ukoll diversi statwi li ġew imkissra f'sit arkeoloġiku magħruf bħala Nergal Gate.

 

Minħabba f'dan il-każ, il-Unesco sejħet laqgħa urġenti sabiex tiddiskuti kif tista' tipproteġi il-fdalijiet arkeoloġiċi tal-Iraq.

Il-kap tal-Unesco, Irina Bokova qalet, "Dan l-attakk huwa ferm iktar minn traġedja kulturali. Hija wkoll kwistjoni ta' sigurtà għax tkompli żżid l-estremiżmu vjolenti u l-kunflitti fl-Iraq."

Fil-filmat, jidhru nies, jimbuttaw u jwaqqgħu l-istatwi u jkissruhom.

More in Kronaka