Sewwieq ta' mutur ta' 36 sena gravi

Wara ħabta bejn mutur u karrozza fi Triq Hompesch il-Fgura mal-lejl

Fi stqarrija l-Pulizija qalet raġel ta’ 36 sena mill-Imsida korra gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Fgura matul illejl li għadda.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl u 20 minuta fi Triq Hompesch meta mutur Yamaha V Max, misjuq mir-raġel mill-Imsida, kien involut f’ħabta ma’ karozza Skoda Favorit misjuqa minn raġel ta’ 52 sena mill-Isla.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn wara li kompla jingħata l-kura medika ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett ħejjew rapport tal-inċident.

 

More in Kronaka