L-Eġittu jattakka l-ISIS għat-tieni darba wara l-qtil ta' 21 Kristjan

It-tieni attakk mill-Eġizzjani seħħ kmieni wara nofsinhar

Il-Baħar kaħlani mibdul f'wieħed ħamrani bil-qtil ta' 21 kristjan
Il-Baħar kaħlani mibdul f'wieħed ħamrani bil-qtil ta' 21 kristjan
21 Kristjan Koptiku nqatlu fuq bajja fil-Libja
21 Kristjan Koptiku nqatlu fuq bajja fil-Libja

Aġġornat:

Kmieni wara nofsinhar l-Eġittu wettaq it-tieni attakk tiegħu fuq il-Belt ta' Derna wara li l-ISIS qatlu 21 Kristjan fuq ix-xtajta tal-kosta Libjana mal-baħar Mediterran. Il-baħar spiċċa minn baħar kaħlani għal wieħed ħamrani mdemmi.

Intant il-Prim Ministru Libyan Abdullah Al-Thinni sejjaħ lill-mexxejja tal-punent sabiex jingħaqdu u jattakkaw lill-Jiħadisti tal-ISIS. Huwa qal li mill-informazzjoni li għandu, il-ġellieda tal-Al Qaeda u l-ISIS jinsabu fil-kapitali Libjana, Tripli. Saħaq li jekk mhu se jsir xejn dawn se jispiċċaw jalsu fl-Italja u fl-Ewropa.

Aktar kmieni:

L-awtoritajiet Eġizzjani qalu li l-militar ibbumbardja l-ISIS fil-Libja mas-sbiħ tat-Tnejn, wara li l-grupp militanti qatlu numru ta' Kristjani Koptiċi.

Il-President Abdel Fattah al-Sisi sejħu laqgħa urġenti għall-aqwa entitajiet tas-sigurtà fl-Eġittu eżatt malli ħareġ il-filmat, li kien juri l-qtugħ ta' ras 21 Eġizzjan maqbudin fil-Libja.

Il-filmat juri 21 ostaġġ bil-manetti lebsin l-oranġjo jixgħel minn fuq s'isfel, imbagħad persuni lebsin l-iswed qatgħulhom rashom fuq bajja. Il-grupp qal li kien fil-provinċja Libjana ta' Tripli.

Sisi wkoll ta' indirizz televiżiv, qal li l-Eġittu u d-dinja qed jaffaċjaw "theddid feroċi" ġejjin minn militanti radikali li huma "neqsin minn kull sens uman."

Hu qal li l-pajjiż għandu d-dritt li jpattiha lil dawn il-qattiela u sejjaħ għal sebat ijiem ta' luttu wara li l-filmat inxtered mill-militanti fuq il-mezzi soċjali.

More in Kronaka