It-tfittxija għadha għaddejja għal tmien persuni li għadhom nieqsa mit-titjira ta' TransAsia li waqgħet fi xmara fit-Taiwan.
L-investigaturi qed jgħidu li l-piloti tat-titjira TransAsjatika GE235 kellhom problema fiż-żewġ magni tal-ajruplan.
Iktar iġsma nstabu llum fix-xmara ta' Taipei, Keelung, wara li t-tfittxija baqgħet għaddejja matul dawn il-jumejn. It-titjira 235 waqgħet ftit wara li kienet għadha kif telqet.
L-ajruplan kellu 53 passiġġier, u ħames ħaddiema, kollha ta' nazzjonalità Ċiniża.
Il-kamra tal-kontroll tilfet il-komunikazzjoni tagħha mal-ajruplan erba' minuti wara li telqet it-titjira mill-ajruport ta' Songshan f'Taipei fi triqitha lejn Kinmen.