Attakk ieħor mill-ISIS fil-Libja fuq impjant taż-żejt

Inqatlu erba' għassiesa u hemm xi nies maħtufa

Ritratt - Libyan Herald
Ritratt - Libyan Herald

Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-2pm, grupp armat attakk l-impjant taż-żejt f'Mabruk madwar 170 kilometru fix-Xlokk ta' Sirte, fejn inqatlu erba' għassiesa tal-Faċilitajiet tal-Petroleum u ġew maħtufa xi Filippini, qed tirrapporta l-Libyan Herald.

Dawk li attakkaw qed jgħidu li kienu jagħmlu parti mill-Istat Iżlamiku, "taw diskors reliġjuż qabel telqu", qalu xi sorsi.

L-impjant taż-żejt, immexxi minn Mabruk, immexxi minn National Oil Corporation, Total ta' Franza u Statoil tan-Norveġja, ma kinux qed jippumpjaw għal numru ta' xhur minħabba l-għeluq tat-terminal taż-żejt f'Sidra. Kien hemm madwar 60 ħaddiema, kuntratturi u għassiesa fil-post.

Wara l-attakk, 42 ħaddiem u żewġ għassiesa taru lejn Tripli u għandhom jaslu iktar tard illejla, skont is-sorsi li tkellmu ma' Libyan Herald.

Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jsegwi hawn.

More in Kronaka