Renzo Piano se jaqla’ €7.7 miljun

Perit Taljan Renzo Piano se jkun tħallas €1 miljun aktar milli stmat oriġinarjament

Wara li l-ġimgħa l-oħra din il-gazzetta tkellmet dwar il-fatt li l-proġett ta’ Bieb il-Belt beda fuq sieq ħażina, illum nistgħu niżvelaw kif l-uffiċċju tal-

Sorsi li tkellmu magħna qalu li l-ispiża oriġinali miftehma qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali minn gvern Nazzjonalista mal-uffiċċju ta’ Renzo Piano kienet ta’ €6.6 miljun. Jidher iżda li sa mill-bidu nett il-proġett kien mifni minn reviżjonijiet kontinwi fejn hu stmat li fl-aħħar mill-aħħar din l-ispiża se titla’ għal €7.7 miljun. B’hekk Renzo Piano, waħdu, se jkun ħa mat-8% tal-ispiża aħħarija tal-proġett kollu ta’ Bieb il-Belt.

Kif żvelat il-ġimgħa li għaddiet minn din il-gazzetta, l-ispiża aħħarija fuq il-bini tal-Parlament il-ġdid mistennija tkun 50% ogħla mill-istima oriġinali tal-2008. Qed ikun ikkalkulat li l-Parlament il-ġdid jiġi jiswa qrib il-€45 miljun.

Iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Kronaka