L-assedju fi Franza - Jinqatlu l-aħwa Kouachi

Tliet ijiem ferm movimentati fil-kapitali Franċiża

18.23

Francois Hollande se jindirizza lin-nazzjon Franċiż wara tmiem dan il-massakru fil-pajjiż Franċiż.

18.05

It-tfajla li kienet kompliċi mal-ġuvni fis-supermarket Hyper Cacher, Hayat Boumedienne, li għandha 26 sena, jidher li ħarbet malli ħarġu l-ostaġġi. Beda t-tiftix għaliha.

17.57

Erba' ostaġġi milli kien hemm fis-supermarket laħqu nqatlu qabel ma ġew meħlusa. Il-maġġoranza tal-ostaġġi laħqu ħarbu.

17.53

Jidher li sabiex inħelsu l-ostaġġi fis-supermarket, il-Pulizija rnexxielha tihhackja s-sistema tas-CCTV fis-supermarket u għamlet kuntatt ma' wieħed mill-ostaġġi fis-supermarket.

17.48

L-ostaġġ tal-aħwa Kouachi, li rriżulta li kien raġel, jinsab tajjeb u sigur.

17.46

Żewġ pulizija Franċiżi jweġġgħu fl-attakk li għamlu fuq is-supermarket biex ikunu jistgħu jeħilsu l-ostaġġi.

17.45

Inqatel ukoll ir-raġel li kien qed iżomm l-ostaġġi fis-supermarket Hyper Cacher f'Pariġi. L-ebda informazzjoni fuq il-mara li kien hemm miegħu.

17.29

Qed jingħad li l-ostaġġ li kellhom l-aħwa Kouachi nħelset ukoll.

17.28

Il-grupp ta' hackers 'Anonymous' joħorġu video online jgħidu li se jwaqqfu s-servers kollha ta' dawk li huma Jihadi biex b'hekk jivvendikaw ruħhom minn dan il-massakru. Fil-filmat jidhru jgħidu li se jwaqqfulhom kull aċċess biex b'hekk ma jkunux jistgħu jibqgħu jikkomunikaw.

17.27

Il-Pulizija fis-supermarket f'Pariġi jinstemgħu jgħajtu "Baxxu!" u "Qbadnieh".

17.22

Għadd ta' ostaġġi fis-supermarket f'Pariġi għadhom kif inħelsu wara li nstemgħu splużjonijiet.

17.17

Jinqatlu l-aħwa Kouachi li kienu responsabbli mill-massakru ta' Pariġi nhar l-Erbgħa.

17.00

Il-persuna li qed iżżomm l-ostaġġi fis-supermarket Hyper Cacher qed tistaqsi biex jeħilsu lill-aħwa Kouachi

16.51

L-aħwa Kouachi ħabbru li jekk ikun hemm xi tip ta' attakk fuq il-bini li qegħdin fih huma, se joqtlu l-ostaġġi kollha li għandhom magħhom.

16.50

Hu suspettat li l-aħwa Kouachi qegħdin f'komunikazzjoni maż-żewġ estremisti l-oħra f'Pariġi. It-tnejn li huma qed iżommu xi ostaġġi.

16.47

It-tfal qed jiġu evakwati mill-iskejjel.

16.39

L-aħwa Kouachi qed iżommu ostaġġ fil-Grigal ta' Pariġi, qal il-Ministeru tal-Intern Franċiż.

15.37

Jidher li fost l-ostaġġi fis-supermarket Hyper Cacher hemm ukoll tfal.

15.20

It-trocadero ħdejn l-Eiffel Tower ġie evakwat.

15.10

Il-Pulizija tarresta żagħżugħ fuq scooter li wasal viċin is-supermarket fejn hemm l-ostaġġi u li deher suspettuż.

14.40

Fil-ħanut kosher hemm sitt ostaġġi, jidher li tnejn diġà nqatlu. Il-Pulizija Franċiża ħarġet ir-ritratti u dettalji taż-żewġ persuni li lbieraħ kienu responsabbli mill-qtil tal-pulizija mara. Dan il-qtil, hu separat minn dak ta' nhar l-Erbgħa.

14.30

Jidher li ż-żewġ ostaġġi li kien hemm fil-ħanut li jbiegħ il-kosher għadhom kemm inqatlu.

14.25

Għadha kif ġiet irrappurtata sparatura oħra, din id-darba fil-Lvant ta' Pariġi. Jidher li dawn il-persuni involuti fl-isparatura ta' issa għandhom x'jaqsmu mal-isparatura li seħħet ilbieraħ li ħalliet pulizija mara mejta. Ir-rapporti qed jgħidu li raġel armat daħal f'ħanut li jbiegħ il-kosher u qed iżomm xi ostaġġi miegħu.

Aktar kmieni...

Hu mifhum li l-aħwa għandhom magħhom ostaġġ mara.

Segwi l-filmat live waqt it-tfittxija tal-qattiela fil-Grigal ta' Pariġi. Skont Reuters ġiet irrapportata persuna mejta minn dawn l-isparaturi. Jidher li l-qattiela serqu l-karozza minn mara li kienet qiegħda f'żona industrijali.

Il-grupp ta' hackers Anonymous ħabbru li se jwaqqfu l-azzjoni kollha fuq l-internet għal gruppi ta' Jihadisti
Il-grupp ta' hackers Anonymous ħabbru li se jwaqqfu l-azzjoni kollha fuq l-internet għal gruppi ta' Jihadisti
Il-kommossjoni li ħakmet il-pajjiż Franċiż matul il-ġurnata
Il-kommossjoni li ħakmet il-pajjiż Franċiż matul il-ġurnata
Pulizija lesti fuq barra tas-supermarket Hyper Cacher minn fejn inħelsu l-ostaġġi
Pulizija lesti fuq barra tas-supermarket Hyper Cacher minn fejn inħelsu l-ostaġġi
Il-Pulizija stazzjonati fuq barra tas-supermarket li jbiegħ il-kosher fejn hemm l-ostaġġi miżmuma
Il-Pulizija stazzjonati fuq barra tas-supermarket li jbiegħ il-kosher fejn hemm l-ostaġġi miżmuma
Il-persuni suspettati li huma responsabbli mill-qtil tal-bieraħ ta' pulizija mara. Ir-raġel inqatel. L-ebda informazzjoni fuq il-mara
Il-persuni suspettati li huma responsabbli mill-qtil tal-bieraħ ta' pulizija mara. Ir-raġel inqatel. L-ebda informazzjoni fuq il-mara
Il-Pulizija ċċirkondaw iż-żona ħdejn il-ħanut fejn hemm l-ostaġġi fil-Lvant ta' Pariġi
Il-Pulizija ċċirkondaw iż-żona ħdejn il-ħanut fejn hemm l-ostaġġi fil-Lvant ta' Pariġi

Jidher li l-qattiela serqu karozza minn żona industrijali waqt li ħadu magħhom mill-inqas ostaġġ magħhom.

Dan kollu qed iseħħ fl-inħawi tal-ajruport Charles de Gaulle, fejn diġà qed taffetwa l-ajruport fejn żewġ titjiriet diġà ma tħallewx jinżlu fl-ajruport u kellhom idawru d-direzzjoni tagħhom f'direzzjoni oħra.

Aktar kmieni...

Rapporti qed jgħidu li kien hemm sparaturi oħra fil-Grigal ta' Pariġi skont il-pulizija Franċiża.

Dawn l-isparaturi seħħew waqt li l-pulizija kienu qed isegwu karozza li fiha kien hemm persuni suspettati li kienu kompliċi mal-massakru ta' Charlie Hebdo.

Dan kollu qed iseħħ qalb tensjoni kbira fil-kapitali Franċiża.

 

More in Kronaka