L-awtoritajiet fl-Istati Uniti sabu ġisem ta' tifel ta' sitt snin ftit sigħat wara li ommu waddbitu minn fuq pont għal isfel.
Jillian McCabe, ta' 34 sena, ċemplet lill-Pulizija t-Tnejn waranofsinhar biex tgħidilhom li waddbet lil binha, li jismu London, mill-pont tal-bajja Yaquina fil-belt ta' Newport, fl-Amerka.
Il-ġisem instab ftit sigħat wara madwar mil 'il bogħod mill-pont li ġie mitfugħ minn fuqu.
Il-ġisem rah klijent li kien qed jiekol f'ristorant viċin. Dgħajjes u ħelikopter tal-Gwardja mal-Kosta tal-Istati Uniti għenu fit-tfittxija li damet għaddejja sigħat twal.
Il-motiv tal-omm għadu mhux magħruf.
L-aħbarijiet tan-National Broadcasting Company qalu li mara bl-istess isem għamlet appell għal għajnuna finanzjarja sabiex tkun tista' tieħu ħsieb lil binha bl-awtiżmu, ukoll bl-isem ta' London u lil żewġha Matt li għandu sklerożi multipla.
McCabe qed tinżamm arrestata.