Jindifnu l-immigranti li ddaħħlu Malta mejta ġimgħa ilu

Ilbieraħ waranofsinhar il-Maġistratura rrilaxxat 21 kadavru mid-29 immigrant li ddaħħlu mejta abbord ta’ dgħajsa l-Ħadd li għadda.

29 ġisem inġabru mill-parti t’isfel tad-dgħajsa
29 ġisem inġabru mill-parti t’isfel tad-dgħajsa

Il-proċess ħa fit-tul minħabba li kien jeħtieġ li ssir awtopsja u testijiet oħra fuq kull kadavru, b’ħafna minnhom kienu fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Il-kadavri ġew rilaxxati wara li saritilhom l-awtopsja, it-testijiet tossikoloġiċi kif ukoll testijiet tad-DNA.

Il-kadavri kienu rilaxxati wara li saret ukoll konsultazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, hekk kif l-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani qed jikkollaboraw f’dawn l-investigazzjonijiet.

Il-kumplament tal-kadavri jiġu rilaxxati meta jitlesta l-proċess kollu.

Fis-sigħat li ġejjin id-dfin tat-28 katavru se jkun qiegħed isir fiċ-ċimiterju tal-Addolorata filwaqt li katavru ieħor se jkun qiegħed jindifen fiċ-ċimiterju tat-Torok fil-Marsa. 

More in Kronaka