Tanti ma kienx ċert mis-suwiċidju

Erin Tanti, l-għalliem ta’ 23 sena akkużat li qatel u assista lil Lisa Maria Zahra ta’ 15-il sena, tagħmel suwiċidju mill-irdum ta’ Ħad-Dingli, naqas li joqtol lilu nnifsu wkoll u qatta’ 12-il siegħa jipprova jfittex l-għajnuna biex jittella’ minn fejn waqa’.
Diversi pulizija telgħu jixhdu l-Ġimgħa filgħodu fit-tieni seduta tal-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Tanti. Kevin Debattista, il-persuna li salva lill-akkużat, qal li waqt l-opra ta’ salvataġġ Tanti kien qallu li kienu qabżu mill-irdum għal ħabta tal-4am. Sylvana Briffa, is-Surġent tal-Pulizija, ukoll qalet li Tanti qallha li kien ħa 42 aspirina, flimkien ma’ Zahra, qabel ma qabżu.
Il-familja ta’ Zahra kienet indunat bir-relazzjoni sa minn ġimgħat qabel l-inċident, li kien seħħ bejn it-18 u d-19 ta’ Marzu. Tanti kien għalliem tad-drama f’St Michael’s Foundation u waħda mill-istudenti tiegħu kienet proprju Lisa Marie Zahra.
Briffa kompliet tgħid li Caroline, omm Erin Tanti, kienet taf bir-relazzjoni ta’ bejn binha u Zahra, tant li kienet iddeskriviet lit-tfajla bħala persuna li “tidher ferħana.”
L-Ispettur Briffa qalet ukoll li Tanti kien qal lil ommu li kien jaf li Zahra se tkunlu ta’ inkwiet u b’hekk kien beda jfittex l-għajnuna tal-aġenzija Appoġġ f’isimha. Briffa qalet li dan tarrfitulha ommu u żiedet li fl-ambulanza, Tanti kien qallhom li missier Lisa Marie kien “abbużiv” fil-konfront tiegħu.
F’eżami kuntrarju li għamlu l-uffiċjali tal-pulizija flimkien mal-Ispettur Keith Arnaud, żvelaw dettalji dwar il-ħajja personali ta’ Zahra.
Huma qalu li traċċi tad-demm kienu nstabu fejn l-imħadda tal-kamra tas-sodda tagħha filwaqt li Bernardette Valletta, li kienet għamlet it-tiftix fil-kamra, qalet li “il-ġirien qalu li Lisa Maria kienet qatgħet parti minn idejha l-ġurnata ta’ qabel u ma kinitx l-ewwel darba li għamlet hekk.”
Il-pulizija qalu wkoll li sabu d-droga cannabis u karti tas-sigaretti fil-kamra tas-sodda ta’ Zahra. Fil-Qorti, il-pulizija urew noti personali ta’ Zahra u ktieb tal-poeżiji mogħti lilha minn Tanti. Id-difiża ta’ Tanti staqsew ukoll lill-Pulizija fuq xi soft toy, teddy bear, li kien mimli bix-xfafar, iżda l-Pulizija naqsu li jikkonfiskaw xi soft toy li kellha fil-kamra.  
Erin Tanti qiegħed jiċħad l-akkużi kollha kontra tiegħu.
Hu mifhum li Tanti u Zahra kienu qegħdin f’relazzjoni qabel mal-familja ta’ Zahra kienu saru jafu b’dak li kien għaddej bejniethom, xi ħaġa li kienet qiegħda tħasseb bil-kbir lil Tanti biex jew joqtol lilu nnifsu jew jaħrab mill-pajjiż.
Fit-18 ta’ Marzu, Tanti nqabad li kien għamel lejl rieqed id-dar ta’ Zahra, xi ħaġa li Martin Ciangura, il-handyman tal-familja Zahra, kien mar jgħid lil Anthony Zahra, missier Lisa Marie. Min-naħa tiegħu, Anthony Zahra kien irritorna lura minn barra immedjatament filwaqt li Ciangura u Nicholas Zahra, iben Anthony u oħt Lisa Marie, kienu marru jagħmlu rapport lill-Pulizija.
Erin Tanti u Lisa Marie Zahra bagħtu messaġġi bil-mobile lil xulxin għal ħames sigħat sħaħ sal-11.30pm sakemm kien mar għaliha bil-karozza u saqu sa Ħad-Dingli.
Hu mifhum li iktar kmieni fil-ġurnata, permezz ta’ sms, Tanti qal lil Zahra kien lest jagħti daqqa ta’ sikkina lilu nnifsu jekk kemm-il darba l-Pulizija jew missierha kienu se jippruvaw iwaqqfuh milli jkompli joħroġ magħha. Zahra kienet irrispondietu lura biex jikkalma ftit tas-sekondi wara.
Fil-karozza, Tanti kellu fuqu l-passaport Ingliż u kważi €3,000 fi flus kontanti u ċekkijiet. Arnaud qal li Tanti kien qallu li qiegħed jippjana biex joqtol lilu nnifsu, imma jekk kemm-il darba ma kienx se jirnexxielu jagħmel dan kien se jaħrab mill-pajjiż. Hu qal li kien qallu li ħa dawk il-flus miegħu għax sa dak il-ħin kien għadu ma jafx x’se jagħmel b’ħajtu.
Fl-ewwel seduta fil-Qorti, kien ħareġ ukoll li bejn it-tnejn kienet ilha għaddejja relazzjoni sesswali għal dawn l-aħħar erba’ xhur sakemm wasal il-jum tal-inċident.
Arnaud kien xehed fil-Qorti li l-informazzjoni li ġab fuq Tanti kien ġabha kollha meta mar ikellem lil Tanti fiż-żmien li kien għamel l-isptar wara l-inċident jiddewwa minn ksur fil-kustilji.

More in Kronaka