Tal-Lira ma jibqgħux tal-lira

Dawk li fl-aħħar jiem marru saċ-ċinema magħrufa bħala Tal-Lira fil-Fgura baqgħu sorpriżi meta ntalbu jħallsu daqslikieku kienu se jaraw film fi swali l-oħra taċ-ċinema. Kien hemmhekk li ndunaw li din iċ-ċinema kienet bdiet turi films ġodda bi prezzijiet li jvarjaw bejn €6 u €8.

Oriġinarjament, iċ-ċinema Tal-Lira kienet imfittxija l-aktar minħabba l-fatt li kienet turi films li diġà ntwerew fil-ġimgħat ta’ qabel għal prezz ta’ €3. Għal xi żmien il-biljett kien saħansitra €2 biss. 

Imma issa jidher li l-kumpanija li topera din iċ-ċinema ddeċidiet li nofs il-films li turi jkunu dawk li għadhom kif ħarġu. Fl-aħħar żewġ weekends kien evidenti d-diżappunt ta’ bosta nies b’mod partikolari żgħażagħ, b’ħafna minnhom jerġgħu jitilqu minn fejn ġew. 

Dawk li jridu jaraw films bi prezzijiet imraħħas issa se jkollhom għażla aktar ristretta ta’ żewġ films, massimu tlieta. 

Iżda dan it-tibdil m’affettwax biss iċ-ċinema tal-kumpanija iżda wkoll il-ħwienet tal-lira mferrxin ma’ Malta kollha. Din il-gazzetta hi infurmata li b’kuntrast ma’ dak li kien qed isir ftit ilu, l-oġġetti ma baqgħux jinbiegħu għall-prezz ta’ €2 iżda saru jvarjaw.

Fil-preżent hemm total ta’ 13-il ħanut ‘Tal-Lira’, inkluż wieħed f’Għawdex. 

More in Kronaka