Il-Lvant Nofsani u l-bqija tad-dinja qed jippruvaw jadattaw għall-kaos wara l-attakki Iżraeljani u Amerikani fuq Iran li qatlu lill-mexxej tal-istat u wasslu għal attakki ta’ ritaljazzjoni mifruxa.
Is-Sibt li għadda, L-Iżrael u l-Istati Uniti nedew attakki “preventivi” fuq Tehran, li aktar tard eskalaw f’kunflitt reġjonali mifrux. L-attakki eventwalment qatlu lill-mexxej suprem tal-Iran, Ayatollah Ali Khamenei, it-tieni mexxej tal-pajjiż mir-rivoluzzjoni tal-1979.
Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu t-Tnejn hekk kif raffinerija taż-żejt fl-Għarabja Sawdita intlaqtet minn fdalijiet wara li żewġ drones ġew interċettati fuq il-faċilità.
Fil-fatt, ir-ritaljazzjoni tal-Iran kontra l-alleati reġjonali tal-Istati Uniti kompliet tikkonferma ruħha minn nhar is-Sibt.
Fil-Kuwait, deher duħħan jitla’ mill-ambaxxata tal-Istati Uniti, hekk kif l-istaff ġie avżat biex ma javviċinax l-ambaxxata u biex jieħu kenn fid-djar tagħhom. Filmati li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali juru wkoll ajruplani tal-gwerra Amerikani jaqgħu wara li ntlaqtu fl-ajru.
Il-Libanu ġie wkoll imdaħħal fil-kunflitt, wara li Hezbollah, appoġġjat mill-Iran, nediet missili lejn l-Iżrael. Dan wassal biex Israel tniedi attakki mill-ajru fuq il-kapitali Libaniża u żoni oħra qrib l-ajruport.
Il-ministeru għas-saħħa Libaniż qal li l-attakki qatlu mill-inqas 31 persuna.
Bażi militari Brittanika f'Ċipru intlaqtet ukoll minn drones Iranjani, hekk kif il-ministeru tad-difiża tar-United Kingdom qal li l-persunal militari u l-familji tagħhom qed jiġu mċaqalqa għal akkomodazzjoni alternattiva.