Il-Prim Ministru Franċiż jitlef il-vot ta' fiduċja

Il-Prim Ministru Franċiż François Bayrou tilef il-vot ta' fiduċja li talab għalih huwa stess

François Bayrou (Ritratt: Is-sit uffiċjali tal-Gvern Franċiż)
François Bayrou (Ritratt: Is-sit uffiċjali tal-Gvern Franċiż)

Il-Prim Ministru Franċiż François Bayrou tilef il vot ta' fiduċja fl-Assemblea Nazzjonali Franċiża wara disa' xhur fil-kariga ta' Prim Ministru. 

364-il membru parlamentari Franċiż ivvota kontra Bayrou filwaqt li 194 ivvutaw sabiex jibqa', il-kwota' sabiex jaqa' l-gvern Franċiż huwa ta' 280. Dan il-vot ta' fiduċja isejjaħ wara li Bayrou ppropona baġit ta' €44 biljun li inkluda t-tneħħija ta' żewġ festi pubbliċi u l-iffriżar tal-infieq pubbliku.

Bayrou, ta' 74 sena, kien ir-raba' Prim Ministru Franċiż f'temm ta' sentejn taħt il-President kurrenti Emmanuel Macron. Din l-instabilita' politika ila thedded lil Franza mill-elezzjoni tal-MPE preċedenti fejn il-partit ta' Macros tilef u dan sejjaħ elezzjoni bikrija sabiex jilħqu maġorita' "b'serenita' u armonija."

Ir-riżultat ta' din l-elezzjoni kien parlament bla maġorita' ċara, voldieri sitwazzjoni impossibli għal prim ministru sabiex jilħaq il-kwota biex jgħaddi liġi jew il-baġit. Il-predeċessur ta' Bayrou, Michel Barnier, irriżenja minn postu wara tliet xhur.

Ċertu partiti Franċiżi estremisti talbu għal elezzjoni presidenzjali imma Macron għamilha ċara li jrid ilesti t-terminu tiegħu sal-2027. Għalhekk, issa jrid jagħżel il-ħames prim ministru f'inqas minn sentejn. Is-suċċessur ta' Bayrou ħa jkollu ħafna fuq idejh, fost l-ikbar problema li affaċja Bayrou kienet il-problema tad-dejn nazzjonali.

More in Barranin