Il-proġett Humanti ħabbar fuq Instagram irraporta li l-attivisti kollha abbord il-Freedom Flotilla ġew "maħtufa" minn forzi Iżraeljani, u talab pubblikament lill-awtoritajiet ta’ diversi pajjiżi biex jintervjenu mill-ewwel. Skont il-post pubblikat fis-8 ta’ Ġunju 2025, l-attivisti abbord kienu ċittadini ta’ Franza, Brażil, l-Iżvezja, it-Turkija, Spanja, il-Ġermanja u l-Olanda.
Il-vapur Madleen, li għandu bandiera tar-Renju Unit, ġarr miegħu attivisti inkluż is-sewwieqa ambjentali Greta Thunberg u diversi oħrajn magħrufa għall-involviment soċjali u umanitarju tagħhom. Il-preżenza ta’ bandiera Brittanika fuq il-bastiment tfisser li r-Renju Unit għandu obbligu legali li jħares lejn is-sikurezza u d-drittijiet taċ-ċittadini abbord taħt il-liġi marittima internazzjonali.
L-attivisti identifikati jinkludu, Baptiste Andre, Omar Faiad, Pascal Maurieras, Reva Viard, Rima Hassan, Yanis M'hamdi li ġejjin minn Franza, Thiago Avila mil-Brazil, Greta Thunberg mill-Iżvezja, Suyab Ordu mit- Turkija, Sergio Toribio minn Spanja, Yasemin Acar mil-Ġermanja u Marco Van Rennes mill-Olanda.
L-attivisti kienu parti minn missjoni ta’ solidarjetà li kellha l-għan li twassal għajnuna umanitarja f’Gaza, bħala att ta’ defiża kontra l-imblokk Iżraeljan.
Il-pubblikazzjoni ħeġġet ukoll lill-pubbliku jikkuntattja direttament lill-ambaxxati u l-ministeri tal-affarijiet barranin rispettivi taċ-ċittadini miżmuma, inklużi indirizzi ta’ email, profili tal-midja soċjali, u numri tat-telefown għall-azzjoni immedjata.
L-organizzazzjoni qed tinsisti li l-komunità internazzjonali ma tistax tibqa’ siekta quddiem dak li sejħet bħala att ta’ aggressjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-baħar internazzjonali.
L-awtoritajiet f’kull pajjiż imsejjaħ issa qed jiġu mħeġġa jieħdu azzjoni immedjata u pubblika biex jiżguraw is-sikurezza u l-ħelsien tal-attivisti.