Renju Unit: Daqqa ta' ħarta għall-Konservattivi Brittaniċi fl-elezzjonijiet lokali

Bi kważi r-riżultati kollha tal-kunsill, il-Konservattivi tilfu 450 siġġu, filwaqt li l-Partit Laburista tal-oppożizzjoni kiseb 170 siġġu

Il-Partit Konservattiv tal-Gran Brittanja sofra telfa fl-elezzjonijiet lokali, sinjal ieħor li x’aktarx il-gvern se jitneħħa mill-poter fl-elezzjonijiet ġenerali li ġejjin.

Bi kważi r-riżultati kollha tal-kunsill, il-Konservattivi tilfu 450 siġġu, filwaqt li l-Partit Laburista tal-oppożizzjoni kiseb 170 siġġu, hekk kif is-Sibt kien għaddej l-għadd  tal-assemblea u tas-sindki, l-aktar prominenti dak tas-sindku ta’ Londra, li jidher li ser jintrebaħ minn Sadiq Khan, kandidat mal-Partit Laburista 

Bir-riżultati ta' 102 minn 107 elezzjonijiet tal-kunsilli, il-Konservattivi tilfu madwar nofs dawk li kien qed jiddefendu, u tilfu l-maġġoranza ta’ 10 kunsilli.

Il-Partit Laburista (l-oppożizzjoni) kiseb 170 siġġu tal-kunsill filwaqt li rebaħ ukoll tliet siġġijiet ta’ sindki, inkluż wieħed fil-kostitwenza tal-Prim Ministru Konservattiv Rishi Sunak. Il-Laburisti rebħu wkoll elezzjoni parzjali għas-siġġu parlamentari ta’ Blackpool South, ikkawżata mir-riżenja tad-deputat Konservattiv Scott Benton, li jinsab akkużat b'diversi skandli.

Il-Mexxej Laburista Keir Starmer qal li r-rebħiet enfatiċi mal-pajjiż kollu bagħtu messaġġ ċar lill-Prim Ministru biex jagħmel vot fuq il-pajjiż kollu.

More in Barranin