Kabina ta’ ajruplan tkissret u waqgħet fi blokk ta’ appartamenti.
Il-pilota kien qed iwettaq manuvri akrobatiċi fl-ajru fuq in-naħa tat-Tramuntana ta’ Oxfordshire fl-Ingilterra f’April 2022.
Il-kabina tal-pilota splodiet u l-pilota ma kellux għażla oħra ħlief juża parachute u joħroġ mill-ajruplan.
L-ajruplan niżel u ħabat fi blokk appartamenti li ħadd ma kien joqgħod fihom għax kien għadu kif inbena f’Upper Heyford, raħal fl-Ingilterra.
Minn investigazzjoni ġie żvelat li l-kabina ma kinitx imwaħħla tajjeb mal-qafas tal-ajruplan li b’kawża ta’ pressjoni għolja wasslet biex il-kabina tibda tixxaqqaq u tinqala’.
Saru rekomandazzjonijiet ta’ sigurtá lill-manifattur Ġermaniż tal-ajruplan, EXTRA aircraft