Ir-Re Karlu jinstab li għandu kanċer

Minkejja li Buckingham Palace kkonfermaw li r-Re Karlu għandu kanċer, ma speċifikawx it-tip tal-kanċer tiegħu. Intant, il-Prinċep William u r-Reġina Camilla se jgħinu fl-impennji tar-Re

Ir-Re Karlu
Ir-Re Karlu

Ir-Re Karlu nstab li għandu kanċer u se jieħu pass lura mid-dmirijiet pubbliċi, Buckingham Palace qalet fi stqarrija.

Il-Prinċep William mistenni jerfa’ wħud mir-responsabbiltajiet ta’ missieru flimkien mar-Reġina Camilla hekk kif se jerġa’ jibda l-impenji uffiċjali din il-ġimgħa, filwaqt li l-Prinċep Harry se jivvjaġġa lejn ir-Renju Unit biex jara lir-Re Karlu fil-jiem li ġejjin, skont sors qrib id-Duka ta’ Sussex.

Il-President Joe Biden qal li kien "imħasseb" dwar ir-Re u jittama li jitkellem miegħu. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-monarka deher ixejjer u jimxi mar-Reġina maġenbu fl-ewwel ħarġa pubblika tiegħu minn meta ngħatat il-kura.

Telaq mar-Reġina Camilla sigħat biss wara li l-Prinċipessa ta’ Wales ħarġet mill-istess sptar wara li kienet operata kważi ġimgħatejn ilu.

More in Barranin